Press Release
Il-Bord tal-Inġiniera jagħmel referenza għall-istqarrija mill-Kamra tal-Inġiniera tas-7 ta’Mejju 2026 rigward l-Artiklu 19 tal-Kap 321 tal-Liġijiet ta’ Malta li tirregola il-professjoni ta’ Inġinier. Filwaqt li il-Bord jirriaferma dak li ntqal mill-Kamra, bħala Regolatur, ser jibqa’ viġilanti sabiex it-titlu ta’ Inġinier ma jkunx abbużat u jirriżerva li jieħu dawk il-passi kollha meħtieġa skont il-liġi.
Il-Bord ifakkar li, kif titlob il-liġi, kwalunkwè referenza jew użu tal-kelma ‘Inġinier’ għandha tibqa’ dejjem riżervata u użata esklussivament minn dawk id-detenturi tal-warrant ta’ Inġinier maħruġ skont l-Att 321.
Persuna illi tkun iggradwata jew liċenzjata f’xi qasam ta’ inġinerija imma ma jkollhiex il-warrant skont artiklu 19(2) tal-istess Att 321, m’għandha qatt tirreferi għaliha nnifisha bħala inġinier jew tassumi jew tuża l-isem ta’ “Inġinier” jew l-abbrevjazzjoni tiegħu “Inġ.”, jew b’xi mod tindika li hi intitolata teżerċita l-professjoni ta’ inġinier imma għandha tirreferi għall-kwalifika tagħha bħala gradwata jew liċenzjata f’dak il-qasam.
IL-BORD TAL-INGINIERA